Supereroj Lyrics
- Genre:Pop
- Year of Release:2022
Lyrics
Għadni hawn infittex, fejn nista' immur
Nintilef fil-kulur, ta' xemx safra li togħdos fil-blu'
Għadni hawn infittex it-triq, li ma twassal imkien
Turini minhu l-veru jien
Għax bħal donnu dejjem jien
Jien il-mitluf, il-ħolm ġie maħtuf
Mis-Supereroj
Li kieku int kont teżisti
Kien ikolli jien fejn indur
Le ma kontx jiena nistħi
Naqsam miegħek dan id-dulur
Supereroj, Supereroj
L-eroj dejjem kont jien, għax jiena qdift għalija nnifsi
Ġrejt wara l-ħolm, sakemm qtajt nifsi
Le ma konniex flimkien, meta ġie l-gwaj ħallejtni waħdi
Xorta illum jien ninsab b'saħħti
Għax bħal donnu dejjem jien,
Jien il-mitluf, il-ħolm ġie maħtuf.
Mis-Supereroj
Li kieku int kont teżisti
Kien ikolli jien fejn indur
Le ma kontx jiena nistħi
Naqsam miegħek dan id-dulur
Supereroj, Supereroj, Supereroj
Għax jiena qdift għalija nnifsi
Ġrejt wara l-ħolm, sakemm qtajt nifsi