Int u Jien Lyrics
- Genre:Pop
- Year of Release:2019
Lyrics
Min kellu jgħidilna li int u jien
Kellna nispiċċaw hawn flimkien
Int u Jien, Tnejn Flimkien
Wara ġurnata xogħol minn dawk
Li donnhom ma jispiċċaw qatt
Jiena ġejt hawnhekk għalik
Għamilt ġurnata naħseb fik
Int u jien
U xejn mhu se jwaqqaf dak li għandna
Żommli idi sew titlaqnix!
Domna biex wasalna
U bnejna ħajjitna
Int u jien, tnejn flimkien
Meta qalbi tfarket kollha
Fittixt lilek qalb il-folla
Bogħod mill-mostri li kissruha
U ntrabat għal dejjem ħdejk... dejjem ħdejk
U xejn mhu se jwaqqaf dak li għandna
Żommli idi sew titlaqnix!
Domna biex wasalna
U bnejna ħajjitna
Int u jien, żmien sabiħ jgħaddi malajr
U fi sħana tikwi tas-sajf
Wittejna t-triq, f’teatru grieg
Int u jien, tnejn flimkien
Int u jien, tnejn flimkien
Int u jien, tnejn flimkien