
Jien ft. Sheron Grixti Lyrics
- Genre:Electronic
- Year of Release:2023
Lyrics
Kemm għaddejt minn tbatijiet
B'ta' madwar fid-dlamijiet
Xorta nħares 'il quddiem
Xejn ma jfixkel il-ħolmiet
Sibt il-mużika, sebħet xemx
Dik passjoni ma tintemmx
Tegħleb it-tgħajjir, tfixkil
Tatni s-saħħa, tatni s-sliem
Univers ta' ferħ dejjiem
B'ħeġġa nħares 'il quddiem
Xejn ma nibża' mill-ġejjien
Irrid ngħajjat kullimkien
Li fid-daqq sibt il-ħelsien
Nibqa' nwettaq il-ħolmiet