![Kotba ft. Funky Monkey](https://source.boomplaymusic.com/group10/M00/10/29/89c28534c5114087a28499e13c7df246_464_464.jpg)
Kotba ft. Funky Monkey Lyrics
- Genre:Hip Hop & Rap
- Year of Release:2019
Lyrics
Wisq kotba fuq l-ixkafef, L-ixkafef mimlijien
Daqs kemm inkitbu kotba, għalihom m'hawnx biżżejjed ħin

Ħafna mislufa, mixtrijin imma mhux miftuħin
Il-ħin kontrina, kollha gas down illum għaddejin
Mill-ewwel ktieb ippubblikat fl-elf erba' mija ħamsa u ħamsin
Il-ktieb kien u jibqa mportanti matul is-snin
Insibu kotba tad-daħq u anka tar-riċetti
Kotba ta' orrur jew biografiji perfetti.
It-teknoloġija utli għall-informazzjoni
Aċċess ta' data faċli u organizazzjoni
Kotba jgħinuk iżżom il-konverżazzjoni
Ikollok iktar għarfin u anke emanċipazzjoni
Il-ktieb fundazzjoni li twasslek għal soluzzjoni
Taqra ktieb biex toħroġ mill-alljenazjoni
Bibjoteki grankeski madwar id-dinja mdawwrin
Kotba kull ġenerazzjoni utli tuża l-ħin
Mhux aħjar minn meta wiċċek imkaħħal ma' screen?
Il-films ta' Hollywood mill-kotba meħudin