Monstri Lyrics
- Genre:Hip Hop & Rap
- Year of Release:2024
Lyrics
Illum il-ġurnata diffiċli navda
Faċli jitraduk kullmaw mimli sriep
Faċli għalija biex relazjoni naqta
Illum aħna stranġieri l-bieraħ konnha ħbieb
Kelli l-monstri taħt is-sodda issa l-monstri jduru miegħi
Jekk hux anġli jew dimonji l-aqwa li l-kotroll hu tiegħi
Wieħed jirrispondi billi jsaqsi mistoqsija
Inti x'inti tħoss jien ċert mijja fil-mijja
Kollox għandu prezz fuqu tiprovax tgħid li le
Kullħadd hawnekk l-istess idur u ħadd ma' jdur lilhemm
Qbatt u rkibt mutur u għaddejt rieħ minn ġo l-infern
Nimmanifesti il-futur fil-paċi mingħir qtar ta' demm
Kif ngħixu l-ħajja karma għamel kif tixtieq jgħamlulek
U jekk oġġett int tridu mur u ħudu għax joħduwulek
Jekk m'intx lest li tiproteġi l-ikel jikluwulek
U jekk għandek bżonn tnaddaf xi ħmieġ naf nies inaddfuwulek
Ngħamel li rrid jien iwaqqfuni ma' jistawx
Diffiċli biex tarani tista ssejjaħli babaw
Ċittadini qishom numri lil kullħadd jirregolaw
Minalik li ħieles fil-verita mwaħħal hawn
Fil-Karozza twieqi suwed għaddejjin mil-fast lane
Ġejna l-blokka tiegħek dorna dawra darbtejn
Jien dejjem dirett qatt ma' nkun bejn ħaltejn
Party sigriet ma' tafx fejnu imma jiena naf fejn
Nżomm l-bod minn xeba drama
Go and get this money give it right back to my mama
Rispett kbir nuri jien anka minn wara darek
Għax għal kull ma' tagħmel żgur ċert naf li l-ħajja ratek
Illum il-ġurnata diffiċli navda
Faċli jitraduk kullmaw mimli sriep
Faċli għalija biex relazjoni naqta
Illum aħna stranġieri l-bieraħ konnha ħbieb
Kelli l-monstri taħt is-sodda issa l-monstri jduru miegħi
Jekk hux anġli jew dimonji l-aqwa li l-kotroll hu tiegħi
Wieħed jirrispondi billi jsaqsi mistoqsija
Inti x'inti tħoss jien ċert mijja fil-mijja