Ħin Wara Ħin ft. LOKKO Lyrics
- Genre:Hip Hop & Rap
- Year of Release:2022
Lyrics
Min mindu kont tifel żgħir dejjem imxejt wara l-ħolm dejjem
Għamilt dak li nista biex inwettaq dak li jiena nħoss
Dak li jiena nħobb ħadd ma' setgħa joħoduli
Avolja il-kultura ta' madwari ħaxix ħazin fost il-fjuri
Jiena f'ħajti tista tgħid qatt ma' qtajt qalbi
U meta kont fit-tarf fix-xifer żlaqt waqajt leqawni l-anġli
Naf li jiena ruħ ġo ġisem ħajja immaterjali
tista tgħid li jiena minn di' s-soċjeta nisseparani
Merħla nagħaġ ħnieżer jikkontrollaw
Jiena l-lupu din hi l-klikka ġejna niddominaw
Ħajja misterjuża dejjem b'mistoqsija f'moħħi ddur
Minn fejn ġejt? għala ġejt? nista nbiddel il-futur?
Immaġinazzjoni nkredibli għandi moħħi kull kulur
Iżda qatt ma' jsir eklissi f'moħħi x-xemx tiddhi kuljum
Niftakar sirt indipendenti kelli sittax
Ngħix vera differenti int ma' tistax tgħix
Din it-tip ta' ħajja le ma' tkampax
Imxi pass fiż-żarbun tiegħi umbgħat tkun taf
Dejjem kellna qalb dejjem qbiżna għal-xulxin
Dawk li qabdu mgħana kollha spiċċaw mindudin
Kif? min? ħin wara ħin kull kelb tasal tiegħu ijwa tasal tiegħek ġbin
Jekk dan il-pjan ma' jaħdimx nerġa mmur lura fejn kont min
Jitwieled kwadru le mhux se jmut tond
Ijwa sieħbi taf li jiena tul ħajti nibqa nirrima
Jekk id-demm tiegħi inka qatt m'jien se niżvina
Imxi pass pass tiprovax tgħaġġel għax titrembel
Nieħu l-ħin tiegħi npejjep wieħed imrembel ijwa nemmen
F'id-dedikazzjoni din il-missjoni hija priorita
Liberta hija t-tip ta' ħajja li jien insegwi
U lil dawk kollha li kellhom intenzjonijiet tajba
Grazzi tgħalli int għentni
Merħla nagħaġ ħnieżer jikkontrollaw
Jiena l-lupu din hi l-klikka ġejna niddominaw
Ħajja misterjuża dejjem b'mistoqsija f'moħħi ddur
Minn fejn ġejt? għala ġejt? nista nbiddel il-futur?
Immaġinazzjoni nkredibli għandi moħħi kull kulur
Iżda qatt ma' jsir eklissi f'moħħi x-xemx tiddhi kuljum